Internazzjonali

Żvelat attentat ta’ qtil li kien ippjanat tliet snin ilu fuq il-Papa Franġisku f’Bagdad

F’Marzu tas-sena 2021, waqt żjara tal-Papa f’Bagdad, il-Kap tal-Knisja Kattolika kien ġie infurmat dwar il-possibbiltà ta’ attentat fuq ħajtu.

L-attentat kellu jsir minn mara li madwar ġisimha kellha ammont kbir ta’ splussiv, kif ukoll vann li kellu l-istess intenzjoni. B’xorti tajba, iż-żewġ aggressuri kienu interċettati u mwaqqfa, bir-riżultat li ġew maqtula mill-Pulizija Iraqqina.

Dan kollu ġie żvelat għall-ewwel darba mill-Papa Franġisku fl-awtobijografija tiegħu bit-titlu Hope li ħierġa għall-pubbliku fl-14 ta’ Jannar.

Din iż-żjara ta’ tlett ijiem kienet seħħet waqt il-pandemija tal-Coronavirus u kienet l-ewwel żjara tal-Papa fl-Iraq.