Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jinsab fi Brussell għas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew li qed isir bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li bdiet f’dawn is-sigħat.
Mal-mexxejja tal-EPP, apparti t-tkabbir tal-UE, kien hemm diskussjoni dwar diversi temi oħra importanti għall-Ewropa – fosthom l-immigrazzjoni, u r-relazzjonijiet tal-UE mar-reġjun tal-Balkani.
Fuq l-aġenda Ewropea kien hemm ukoll is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u fl-Ukrajna.
Il-mexxejja tal-Partit Popolari Ewropew iltaqgħu fi Brussell għas-summit li tmexxa mill-President Manfred Weber u s-Segretarju Ġenerali, Thanasis Bakolas.
Fost l-oħrajn….ipparteċipaw f’dawn it-taġdidiet importanti kemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen u anke l-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola. Dan filwaqt li Bernard Grech kellu l-opportunità imexxi ‘l quddiem l-kwistjonijiet li jolqtu direttament lil pajjiżna u lir-reġjun tal-Mediterran.
Prezenti mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien hemm is-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea
//= $special ?>