Id-Deputat Labursita Katya De Giovanni qiegħda tiġi investigata wara li rmiet dokumenti ta’ informazzjoni personali fuq il-votanti fil-boroż taż-żibel – b’riżultat li spiċċaw itiru mat-toroq ta’ Ħaż Żebbuġ.
Id-dokumenti kienu jinkludu informazzjoni personali ta’ lista twila ta’ individwi, bħal ismijiet, numri tal-identità u numri tat-telefon u mowbajl.
Apparti minn hekk kien hemm ukoll dokumenti li kienu jinkludu informazzjoni sensittiva dwar votanti fid-distrett ta’ Katya De Giovann, bħal problemi soċjali u personali li n-nies kienu qasmu privatament mad-deputat tal-Gvern. Dan apparti numru ta’ dokumenti oħra ta’ evalwazzjonijiet tal-pazjenti tagħha.
//= $special ?>