Dewmien esaġerat fl-Emerġenza. Nuqqas ta’ sodod. Mediċini out-of-stock u diffikultajiet biex persuna li ma tafx titkellem bl-Ingliż titlob l-għajnuna lill-carers.
Dan kien żvelat f’intervista esklussiva ma’ dan l-istazzjon fejn persuna rrakkuntat l-esperjenza ta’ pazjent fl-Isptar Mater Dei fl-aħħar ġimgħat fejn qalet li damu madwar 12-il siegħa jistennew fl-Emerġenza sabiex dan il-pazjent jingħata sodda. Dan minkejja li kien qed isofri minn uġigħ f’sidru.
“Qabdu uġigħ f’sidru, raġel ta’ 90 sena…
…kienet minflok l-imħadda.”
Din il-persuna kompliet tirrakkonta magħna kif apparti l-fatt li damet tistenna tlett kwarti sabiex il-pazjent jingħata mħadda, qalulha wkoll li mill-mediċini li jieħu …..hemm tnejn li l-isptar bħalissa m’għandux.
Dan filwaqt illi qalet li l-impjegati qalulha li l-ispiżerija tal-isptar għandha tipprovdilha l-mediċini neċessarji bl-istess spiżerija spiċċat tgħid kompletament il-kontra. Kien għalhekk li din il-persuna wara li qattgħet ġurnata fl-Emerġenza ma’ dan il-pazjent kellha tmur lura d-dar biex iġġib din il-mediċina.
Dan apparti li fl-aħħar jiem l-isptar spiċċawlhom xi mediċini oħra….. bil-persuna kellha ssir taf mingħand il-pazjent.
“Jiena mmur kuljum; ħallewh…
…u qaltli ma nistax intik.”
Barra minn hekk, il-persuna tkellmet ukoll fuq diffikultajiet oħra li hemm fl-isptar hekk kif l-anzjani li ma jafux l-Ingliż mhux qed ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-carers. U għalhekk il-pazjent jaf ma jingħatax dak li jkollu bżonn.
Hi insistiet li din is-sitwazzjoni ma tistax tkompli tippersisti fi ħdan l-isptar Mater Dei għaliex il-pazjenti qegħdin ibatu.
“Issa persuna ta’ 90 sena…
…huwa l-għażiż missieri.”
Il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin kemm il-darba tkellem dwar il-mismanagement li hemm fl-isptar Mater Dei tort ta’ tmexxija ħażina mill-Ministeru tas-Saħħa….. u appella lill-Gvern ta’ Robert Abela sabiex jieħu azzjoni bil-għan li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu servizz tas-saħħa li verament jixraqlu.
//= $special ?>