Lokali

Il-Gvern jiftaħar li qed jipprova jsolvi kriżi li ħoloq hu stess

L-Ħamis filgħodu Net News kien preżenti għal konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kapijiet tal-Enemalta, Infrastructure Malta u Transport Malta. Konferenza li ssejħet wara l-kriżi tal-qtugħ tad-dawl li ħakmet lil pajjiżna riżultat tal-overpopulation preżenti.

Ryan Fava spjega kif kien kostrett jagħti bidu, wara 10 snin ta’ żieda konsistenti fil-popolazzjoni, għal bdil fl-infrastruttura u l-cables wara li dawn ma setgħux ilaħqu mad-domanda – kriżi li ħakmet lil pajjiżna frott l-inkompetenza ta’ Gvern Laburista li għażel li jżid il-popolazzjoni u jibbaża l-ekonomija tal-pajjiż fuq iċ-cheap labour. U dan mingħajr ippjanar kif jixraq fuq l-infrasturttura ta’ pajjiżna.

Min naħa tieghu Steve Ellul, il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrasturcture Malta, sostna li ser jagħmlu minn kollox sabiex jifrankaw il-flus – fl-istess jum li l-NAO ikkundannat lill-Ministeru għal Għawdex fuq is-somma ta’ €17.5 miljun li tajru fuq triq prinċipali. Triq li l-Ministru ta’ Għawdex kien qal li ser tiswa’ €8 miljun.

Mistoqsi min Net News dwar il-fatt li l-awditur ġenerali kkundanna l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri… Ellul sempliċiment sostna li waqt li jibda proġett jistgħu jinqalgħu xi ntoppi.