Lokali

Il-Partit Nazzjonalista għandu fiduċja sħiħa f’John Rizzo

Il-Partit Nazzjonalista jesprimi fiduċja sħiħa f’John Rizzo u jafda fid-deċiżjonijiet li jieħu, inkluż fiċ-ċirkostanzi preżenti. L-istorja ta’ pajjiżna turi li John Rizzo huwa bniedem ta’ integrità mhix mittiefsa u tal-akbar onestà. John Rizzo kien u għadu bniedem ta’ karattru sod li fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu ma jħares lejn wiċċ ħadd.

Huwa skandaluż kif wara li neħħieh minn Kummissarju tal-Pulizija ftit ġimgħat biss wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2013, il-Partit Laburista u t-tmexxija tiegħu qegħdin jibqgħu jattakkaw lil John Rizzo b’mod mill-aktar personali u viljakk.

Huwa biss min ma jemminx fil-ġustizzja u min ma jiġġilidx il-korruzzjoni li jattakka lil John Rizzo bħalma qed jagħmel il-Partit Laburista.