Internazzjonali

Jekk ordnajt xi ħaġa minn Amazon kapaċi ddum ma tasal minħabba li l-ħaddiema qed jistrajkjaw

Eluf ta’ impjegati ta’ Amazon fl-Istati Uniti se jibdew strajk matul dan il-perjodu impenjattiv tal-Milied wara li l-union tal-ħaddiema, Teamsters,qed takkuża lill-kumpanija li qed tirrifjuta li tidħol f’negozjati għal pagi u kundizzjonijiet aħjar.

Il-union qalet li l-ħaddiema tal-maħżen se jingħaqdu fi protesta f’għadd ta’ bliet, fosthom New York, Atlanta u San Francisco nhar il-Ħamis mis-6am, ħin lokali ‘l quddiem f’dik li qed tkun meqjusa bħala l-ikbar strajk li qatt seħħ mill-ħaddiema ta’ din il-kumpanija.

Bil-President tal-Union qal fi stqarrija li jekk il-pakkett li ordnajt jasallek tard, tista’ twaħħal bir-regħba tat-tmexxija ta’ Amazon.