Skont il-previżjoni tat-temp, ir-riħ qawwi ta’ tmiem il-ġimgħa se jġib miegħu temperaturi aktar kesħin. Tant li sal-25 ta’ Diċembru t-temperatura se tibqa’ nieżla sal-livell ta’ 10 gradi Celcius – jew għall-inqas, skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku, hekk se tinħass.
Bejn illum u nhar l-Erbgħa, it-temperatura se tkompli nieżla bil-mod il-mod.
Fi tmiem il-ġimgħa, it-temp se jkun jinħass fil-livell ta’ 15-il grad. Imbagħad, gradwalment, it-temperaturi se jibqgħu neżlin sal-ġurnata tal-Milied.
Fil-fatt, fil-bidu tal-ġimgħa tal-Milied – bejn it-Tnejn u t-Tlieta – se jibqa’ jiddomina riħ qawwi li f’xi każi jlaħħaq Forza 7. It-temperaturi se jinżlu matul il-lejl għal 7 gradi.
Sa issa, għall-inqas, kollox jindika li fil-ġurnata tal-Milied mhux se tagħmel xita.
//= $special ?>