Lokali

Tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Balzan

Mara ta’ 44 sena residenti Ħal Balzan weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Balzan stess.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tat-8:15 fi Triq il-Kannizzata.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza misjuqa minn żagħżugħa ta’ 23 sena residenti Ħ’Attard.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.