Mill-ġdid il-Prim Ministru Robert Abela nqabad ixerred fake news meta qal li Malta huwa l-unika pajjiż li joffri trasport b’xejn.
Dan ġie konfermat mill-fact checker li jsir mit-Times of Malta hekk kif ġie konfermat li l-Lussemburgu introduċa trasport b’xejn proprju sentejn qabel Malta għamlet dan l-istess pass.
Robert Abela gideb ukoll meta saħaq li hemm informazzjoni li turi li l-Maltin qed jagħmlu aktar użu mit-trasport, bit-Times tgħid li l-awtoritajiet ma jafux kemm hemm Maltin li qed jagħmlu użu mit-trasport pubbliku ta’ pajjiżna.
Abela kien ħareġ b’din il-manuvra partiġġjana wara li l-PN kixef kif intilfu l-fondi għall-karozzi tal-linja elettriċi – fondi li jlaħħqu miljuni kbar ta’ ewro.
//= $special ?>