Internazzjonali

Stennija għall-verdett ta’ 51 raġel akkużati bi stupru fuq Franċiża

Illum, l-imħallfin fil-belt Franċiża ta’ Avignon se jkunu qed jagħtu verdett lil 51 raġel dwar stupru tal-massa fuq mara ta’ 72 sena.

Għal kważi għaxar snin, Gisèle Pelicot ġiet drogata mill-eks raġel tagħha, Dominique, li mbagħad stieden għexieren ta’ rġiel li kien sab online biex ikollhom x’jaqsmu magħha waqt li tkun mitlufa minn sensiha.

Kienet id-deċiżjoni tagħha li toħroġ l-istorja tagħha fil-beraħ sabiex kulħadd isir jaf l-ismijiet tal-akkużati.

Fil-maġġorparti tal-irġiel, qed jiċħdu li dak li għamlu kien stupru.

Il-prosekuturi talbu sentenzi ta’ ħabs li jvarjaw minn erba’ snin sa 20 sena – sentenza massima għal akkuża ta’ stupru aggravat.