L-Eks Kummissarju Ewropew u Deputat Prim Ministru Tonio Borg ġie promoss għall-grad ta’ Professur fl-Università ta’ Malta.
Tonio Borg – dak iż-żmien lettur fl-Università ta’ Malta fi ħdan il-Fakultà tal-Liġi – applika għall-grad ta’ professur f’Ottubru tal-2022. Dan wara li sar assistant lecturer f’Settembru tal-2016 u ġie promoss għal senior lecturer fi Frar tal-2019 – dan qabel ma kompla għal Associate Professor f’Marzu tal-2020.
Fil-bidu, Tonio Borg iċċaħħad mill-grad ta’ Professur bl-iskuża li ma serviex għal biżżejjed żmien. Madankollu, il-kriterji taż-żmien jistgħu jiġu kkumpensati bil-“kontribut speċjali tal-applikant”.
Tonio Borg kien talab reviżjoni quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja, bil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili f’Marzu ta’ din is-sena tannulla d-deċiżjoni tal-Università, u din iddikjarat li kienet tammonta għal abbuż ta’ poter.