Lokali

AĠĠORNATA: Anzjana l-isptar wara li ntlaqtet minn karozza f’Birkirkara

Anzjana ta’ 72 sena residenti l-Mosta, iddaħlet l-isptar wara li ntlaqtet minn karozza f’Birkirkara.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tal-11:30 fi Triq in-Naxxar.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-anzjana ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 43 sena resident Wied il-Għajn.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti, bl-anzjana tittieħet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza ftit tal-ħin wara.

Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.