Il-Mapfre Euromed International Championships and EurILCA Europa Cup 2024 ospitati mill-Malta Young
Sailors Club, ingħataw bidu fil-Bajja tal-Mellieħa.
Bil-parteċipazzjoni fil-Klassijiet Optimist u ILCA, total ta’ 170 baħħar li jirrappreżentaw 27 pajjiż, gawdew bidu tajjeb għal din ir-regatta mifruxa fuq erbat ijiem. B’riħ medju ta’ 15-il mil nawtiku fis-siegħa, kien hemm spettaklu eċċitanti mifrux fuq il-klassijiet kollha.
Fl-ewwel ġurnata, il-Klassi Optimist Senior kellha erba’ tiġrijiet, filwaqt li l-klassijiet ILCA u l -Optimist Beginners kellhom tliet tlielaq.
Il-baħar relativament kalm ġewwa l-bajja kien ideali għall-baħħara ta’ inqas esperjenza u offra introduzzjoni eċċitanti għal prestazzjonijiet fl-ibburdjar fuq livell għoli. Madankollu, il-bidliet fil-kundizzjonijiet tar-riħ kellu rwol kruċjali biex jipproduċi riżultati mħallta fil-quċċata tal-klassifika proviżorja.
//= $special ?>