Lokali

AĠĠORNATA: Mara l-isptar wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħaż Żabbar

Mara ta’ 66 sena mix-Xgħajra ġarrbet il-ġrieħi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħaż Żabbar.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta nofsinhar fi Triq Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti ż-Żejtun.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti u ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet lill-mara l-isptar għall-kura meħtieġa.

Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.