Kummerċ Lokali

Ħatriet ġodda f’MAPFRE Malta jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2025

Javier Moreno jtemm ir-rwol eżekuttiv tiegħu bħala President u Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Middlesea, biex jieħu r-rwol ta’ Kap Eżekuttiv Reġjonali fi ħdan iz-zona reġjonali tal-EMEA. Mill-1 ta’ Jannar se jkun sostitwit minn Etienne Sciberras, il-Kap Eżekuttiv attwali ta’ MAPFRE MSV LIFE. Etienne għandu grad ta’ baċellerat fil-kummerċ u huwa accountant pubbliku ċertifikat, kif ukoll chartered financial analyst.

Ir-responsabbiltajiet attwali ta’ Etienne f’MAPFRE MSV Life issa jkunu taħt it-tmexxija tal-Kap Eżekuttiv il-ġdid Elvira López de Lara, li bħalissa hija l-kap tal-grupp tad-distribuzzjoni fiz-zona tan-negozju korporattiv fi Spanja. Elvira għandha grad ta’ baċellerat fl-amministrazzjoni u l-ġestjoni tan-negozju.

Ines Silva, wara tmien snin ta’ ħidma intensiva u professjonali, u kontribut dirett għall-iżvilupp tal-kultura, l-ambjent tax-xogħol, it-talent u t-trasformazzjoni ta’ MAPFRE Malta se tassumi ir-responsabbiltajiet strateġiċi fil-livell ta’ Grupp, fir-rwol ta’ Chief Culture – Corporate People and Organisation area.

Loredana Mallia se tinħatar bħala l-Uffiċjal Kap il-ġdid tar-Riżorsi Umani ta’ MAPFRE Malta. Loredana hija professjonista tar-riżorsi umani, b’aktar minn 20 sena’ esperjenza f’dan il-qasam.

Bħala parti mill-evoluzzjoni fil-qasam teknoloġiku, Emilio Martin għandu jinħatar bħala Chief Information Officer ta’ MAPFRE Malta, minflok Luciano Anastasi.

Dawn il-ħatriet huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-korpi tal-gvern lokali u l-kontrolli neċessarji.