Għal sena oħra, l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun qed jorganizza ‘Il-Milied Qalb Waħda mat-Tfal Ukreni’.
Din id-darba l-għan ta’ din l-attività se tkun sabiex jinġabru fondi b’risq it-tfal fl-Ukrajna. B’dawk li jattendu se jkunu jistgħu jaraw u anke jixtru numru ta’ tpinġija mit-tfal Ukreni, tpinġija ta’ xeni sbieħ akkumpanjati b’messaġġi favur il-paċi u kontra l-gwerer.
Din il-wirja se tkun armata taħt tinda apposta fil-Pjazza tal-Mellieħa mtellgħa b’kollaborazzjoni mal- Konslu Onorarju tal-Ukranja f’Malta.
Dawn it-tpinġijiet inġiebu Malta mid-Deputat Robert Cutajar u li min-naħa tiegħu qed jikkordina wkoll din l-inizjattiva.
Din il-wirja se tiġi inawgurata s-Sibt 21 ta’ Diċembru fis-7:15pm, u se tibqa’ miftuħa sal-24 ta’ Diċembru.
//= $special ?>