Ir-Re Charles jidher li ser ikompli bit-trattament tal-kimoterapija matul is-sena l-ġdida. Dan wara li f’Marzu li għadda, t-tobba sabulu tumur li inqabad kmieni, waqt li r-Re kien qed isirlu intervent għal problemi tal-prostata.
Din l-aħbar ġabet reazzjonijiet kbar madwar id-dinja, fejn bosta mexxejja esprimew sapport għall-Familja Rjali u r-Re nnifsu.
Madankollu, ir-Re Charles – li għandu 76 sena – qed jippjana biex ikompli xorta bl-impenji regolari tieghu, wara li din is-sena xorta waħda attenda għal bosta avvenimenti.
Madanakollu it-tifel il-kbir tiegħu l-Prinċep William, din is-sena kemm il-darba attenda minflok ir-Re għal bosta avvenimenti, speċjalment dawk li jirrikjedu vjaġġar fit-tul.
Din is-sena il-familja Rjali Ingliża qed tappella sabiex min jista’, jagħti donazzjonijet sabiex jgħin lil dawk li qed jiġġieldu l-marda tal-kanċer – anke meta din is-sena il-Prinċipessa ta’ Wales ikkonfermat li anke hi kienet għaddejja bi problemi ta’ kanċer.
//= $special ?>