Il-Ġimgħa filgħaxija Qorti ta’ Palermo ħelset lid-Deputat Prim Minsitru Taljan Matteo Salvini minn kull akkuża wara li kien qed jaffaċċja akkużi li setgħu jissarfu saħansitra f’massimu ta’ 6 snin priġunerija.
Dan hekk kif kien akkużat b’sekwestru ta’ xejn inqas minn 147 immigrant meta żammhom milli jinżlu fil-gżira ta’ Lampedusa lura fl-2019.
Madanakollu l-Qorti saħqet li l-akkużi ma kienux qed jikkorrispondu mal-evidenza preżentata quddiemha.
Dak iż-żmien huwa kien qed jokkupa l-kariga Ministerjali responsabbli mill-Intern.
Aktar kmieni tul il-jum Salvinisaħaq li jinsab kburi b’kull deċiżjoni li ħa, u li kellu jreġġa l-arloġġ lura jerġa’ jaġixxi bl-istess mod.
//= $special ?>