Ħamest ijiem bogħod mill-festa tal-Milied, u anke f’pajjiżna qed jirrankaw sew il-preparamenti għal din il-festa – bit-temp ukoll jgħin mhux ftit sabiex nidħlu fl-ambjent tipiku xitwi ta’ dan iż-żmien tas-sena.
Fl-aħħar weekend ta’ qabel il-Milied mistenni jqum riħ qawwi li ser ilaħħaq forza 7 – apparti temperaturi kesħin li ser jestendu sa jum il-Milied.
Is-Sibt, it-temperatura matul il-ġurnata ser tlaħħaq il 15-il grad celcius filwaqt li matul il-lejl it-temperatura mistennija tinżel għal 10 gradi. Il-Ħadd, it-temperaturi huma previsti li jinżlu iktar kemm matul il-lejl u anke matul il-ġurnata.
Fil-ġurnata tal-Milied, għalkemm mhux prevista xita, mistennija tkun l-aktar ġurnata kiesħa f’Diċembru għal dawn l-aħħar xhur. Bit-temperatura mal-ġurnata mistennija tinżel għal 12 u 10 gradi celcius… filwaqt li mal-lejl it-temperatura mistennija tinżel għal 7 gradi celcius.
Dan il-Milied, skont l-Uffiċċju Metereoloġiku, mistenni jkun wieħed mill-aktar kesħin f’dawn l-aħħar snin. Interessanti l-fatt hu li l-aktar Milied sħun f’dawn l-aħħar snin kien fl-2009 meta t-temperatura laħħqet it-23 grad.
Intant, it-temperaturi baxxi ta’ dawn il-jiem ser ikunu kkawżati minn arja ta’ pressjoni baxxa li bħalissa qed tiżviluppa fuq il-Golf ta’ Ġenova, u li mistennija timxi lejn in-Nofsinhar tal-Ewropa.
//= $special ?>