Illum tħabbar tibdil fir-regolamenti tas-sigurtà tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hekk kif issa l-passiġġieri li jivvjaġġaw jistgħu jħallu likwidi u affarijiet elettroniċi fil-bagalji meta wieħed jitla’ għas-security checks.
Issa… minħabba l-installazzjoni ta’ sckaners tas-sigurtà ġodda fiz-zona tal-Iscreening tas-Sigurtà, m’hemmx il-ħtieġa li jitneħħew likwidi jew affarijiet elettroniċi mill-’hand-luggage’ meta wieħed jivvjaġġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan se jiffaċilita l-esperjenza ta’ kull passiġġier li jivvjaġġa bl-ajru.
Madanakollu, ir-restrizzjoni fuq il-massimu ta’ 100 millilitru ser tibqa’ fis-seħħ – b’ċerti eċċezzjonijiet japplikaw għal oġġetti bħal mediċina u ikel għat-trabi.