Tifel ta’ sentejn weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Tas Sliema.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta ta’ 11:45 fi Triq San Ġwann Bosco.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li t-tifel ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Imtarfa.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti bit-tifel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.
Ftit tal-ħin wara t-tifel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>