Il-folklor marbut ma’ żmien il-Milied jibqa’ jiddomina l-gżejjer Maltin u Għawdxin – bit-tradizzjoni prinċipali tkun dik tal-presepju.
U biex din it-tradizzjoni tibqa’ ħajja, għat-38 sena konsekuttiva, l-Għaqda Ħbieb tal-Prespju organizzat il-wirja annwali tagħha – din id-darba fil-Parlament Malti.
Net News tkellem ma’ Charles Bellia, mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju, ilili spjega li l-għan wara din il-wirja ta’ kull sena hi li t-tradizzjoni Maltija tinżamm ħajja.
Din il-wirja tesponi 25 presepju minn 25 presepist Malti; presepji li warajhom hemm ħafna ħsieb, u li huma kollha magħmulin f’pajjiżna.
Charlie Grech, wieħed mill-presepist, spjegalna li l-ħsieb wara presepju huwa ħafna; bil-materjal li jintuża’ jkun jablo u insulating foam. Hu spjega kif bosta jibdew jħejju minn xhur qabel il-Milied sabiex ilestu dawn l-opri artistiċi.
Apparti minn hekk, f’kull presepju jidħol ħafna ħsieb, inkluż fid-dawl sabiex, jiġi lluminat kif suppost iċ-ċentru tal-presepju. Bl-enfasi ewlenija tibqa’ fuq il-Bambin.
Intant, il-presepisti spjegawlna li f’pajjiżna jiġu offurti sessjonijiet sabiex wieħed ikun jista’ jibni presepju mill-ġdid, b’dawn il-korsijiet jibdew fis-sajf u xi sessjonijiet oħra jsiru fix-xitwa.
Din is-sena huma tnejn il-wirjiet mtellgħin mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta fil-Belt Valletta, waħda fil-Kunsill Lokali tal-Belt li se tkun miftuħa propju sa lejliet Jum il-Milied u oħra fil-Parlament Malti li se tkun miftuħa sas-6 ta’ Jannar.
//= $special ?>