Ftit tal-jiem ilu, il-MaltaToday kienet qalet illi Robert Abela qed jittama li t-timpana tal-Milied tnessi l-inkwiet intern li għaddej minnu. Iżda kollox jindika li lanqas din mhi se taħdem. Dan għaliex internament għadha għaddejja gwerra sħiħa bejn id-diversi klikek li issa – b’mod mill-aktar evidenti – qed joħorġu jattakkaw lil xulxin anke fil-ġurnali.
L-aħħar każ huwa dak tal-eks kunsiller Laburista Desmond Zammit Marmarà, illi fit-Times stqarr b’mod dirett illi l-Labour huwa l-partit tal-elitisti.
Zammit Marmarà kien qed iwieġeb Nigel Vella – il-persuna li għal snin twal kien parti mill-magna ta’ propaganda tal-Labour, u li fl-aħħar jiem reġa’ ħareġ b’attakk partiġġjan fuq il-PN.
Iżda Desmond Zammit Marmarà fisser dan l-attakk bħala wieħed bla sens. Tant li fil-backpage tat-Times qal li l-fatti jitkellmu weħidhom.
Fl-artiklu, l-eks kunsillier Laburista jispjega kif il-Gvern qed jaħseb fil-ftit, jiddefendi lil min hu b’saħħtu, u jitradixxi lin-nies komuni.
Il-Labour jaf li jinsab f’riskju serju li jitlef l-elezzjoni ġenerali li ġejja
Desmond Zammit Marmarà
Hawn, fost l-eżempji li ġab, semma’ l-każ tal-mużika għolja fil-Belt Valletta, l-abbuż fuq kemmunna, u l-abbużi ta’ bosta li qed jokkupaw illegalment spzji pubbliċi.
“Għal dan il-Gvern, it-tħanżir huwa l-ordni tal-ġurnata”, sostna Desmond Zammit Marmarà fl-artiklu tiegħu. Dan filwaqt illi insista li l-Labour spiċċa hijacked minn klikka żgħira ta’ elitisti li mhix tagħti kas lin-nies.
L-eks kunsillier Laburista jtemm l-artiklu tiegħu billi jiddikjara li l-Gvern ta’ Roberta Abela huwa Gvern elitisti, immexxi mill-elitisti għall-elitisti.
//= $special ?>