Internazzjonali

Il-Kanada: Trudeau ma jirreżenjax

Wara wieħed mill-agħar ġimgħat tal-karriera politika tiegħu, hekk kif il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau tkellem fil-laqa’ annwali tal-Partit Liberali, bosta persuni, inkluż dawk fil-partit tiegħu qed isejħu għar-riżenja tiegħu.

Dan kollu qed jiġri ġurnata wara r-riżenja tal-Ministru tal-Finanzi Chrystia Freeland, waħda mill-akbar alleati tiegħu.

Intant, il-mexxej tal-Partit Demokratiku l-Ġdid Jagmeet Singh qal li se jintroduċi mozzjoni biex jwaqqaf il-Gvern ta’ Trudeau fil-bidu tas-sena d-dieħla.

Trudeau jidher li għalissa jrid ikompli bħala Prim Ministru u mhux se jirreżenja, iżda qal lill-membri tal-partit tiegħu li se jieħu ftit ġimgħat vaganzi biex jaħseb dwar id-deċiżjoni tiegħu.