Kull sena, għall-Milied, il-familji Maltin u Għawdxin jinġabru flimkien u jippreparaw mejda b’togħmiet tradizzjonali u oħrajn b’influwenza barranija – mid-dundjan, għal xi ‘dish’ lasagna. Mill-ħaruf, għall-imbuljuta u varjetà sħiħa ta’ ħelu li huwa marbut ma’ dan iż-żmien tas-sena.
Is-Sibt filgħodu, Net News żar il-Belt Valletta u saqsejna lin-nies x’qed jippreparaw għall-25 ta’ Diċembru…u x’inhu l-ikel preferut tagħhom f’dan iż-żmien tas-sena.
Mal-Milied, hemm abbinata wkoll ix-xarba tal-imbuljuta. Din kienet l-aktar tiġi offruta wara l-quddies ta’ nofs il-lejl, fejn il-familji …li kienu jirritornaw id-dar wara l-quddies fil-ksieħ ….kienu jfittxu li jixorbu tazza imbuljuta, fejn il-kokkodina, il-qastan, l-imsiemer tal-qronfol, iz-zokk tal-kannella u l-qoxra tal-mandolina huma l-ingredjenti prinċipali.
Għalkemm maż-żmien daħlu wkoll tradizzjonijiet minn barra – bħall-christmas logs, il-mince pies u l-famuż kejk tal-Milied.
B’hekk tista’ tgħid li l-ikel tal-Milied jibqa’ fattur importanti f’dawn iż-żminijiet – xi ħaġa li matul l-istorja tad-dinja dejjem għaqdet il-familji u l-ħbieb.
//= $special ?>