It-taħditiet lejn waqfien mill-ġlied f’Gaza u ftehim dwar il-ħelsien tal-ostaġġi li għaddejjin bħalissa bejn Iżrael u l-grupp terroristiku Ħamas huma ’90 fil-mija kompluti’ skont l-uffiċjali Palestinjani bil-kuntatti mill-qrib man-negozjati.
Madankollu fadal l-intoppi –- fosthom il-preżenza kontinwa tal-militar Iżraeljan fir-rotta ta’ Philadelphi fin-Nofsinar ta’ Gaza u viċin il-fruntiera mal-Eġittu….Rotta li tinkorpora medda ta’ art importanti minn aspett strateġiku.
Intant, id-diskussjonijiet relatati mal-ftehim potenzjali li qed isiru f’Doha, fil-Qatar, qed jitrattaw anki t-twaqqif potenzjali ta’ buffer zone tul il-fruntiera ta’ Iżrael ma’ Gaza – u meta Iżrael qed jinsisti biex iżomm preżenza militari fi ħdan dik iz-zona.
//= $special ?>