Il-poplu Ġermaniż qed ifakkar – permezz tat-talb u ċerimonji ta’ tqegħid tal-fjuri – il-vittmi tal-attakk terroristiku tal-Ġimgħa bil-lejl fil-belt ta’ Magdeburg… Attakk li fih tabib b’ideoloġiji estremisti saq il-karozza direttament għal fuq il-folol tan-nies preżenti għal Christmas Market popolari – bir-riżultat li mietu ħamsa, b’aktar minn 200 jindarbu, uħud minnhom kritikament.
Fost il-vittmi hemm tfajjel ta’ disa’ snin u l-awtoritajiet Ġermaniżi qed jinkwetaw li ċ-ċifra tal-mejtin għandha titla’ minħabba l-gravità ta’ diversi feruti.
Intant, saru wkoll is-servizzi speċjali fil-knejjes u l-katidrali ta’ Magdeburg u bliet oħrajn fil-Ġermanja – bis-sens ta’ luttu fost il-poplu għadu profond ħafna.
L-attakk bla sens xeħet dell iswed fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied għar-residenti f’Magdeburg u madwar il-Ġerrmanja.
Il-qattiel ta’ 50 sena — li fl-2006, kien emigra mill-Arabja Sawdija lejn il-Ġermanja — ċeda lill-Pulizija fuq il-post tal-massakru u fil-preżent qed ikun investigat għal ħames akkużi ta’ qtil premeditat u għal aktar minn 200 għadd ta’ akkuża relatati ma’ attentat ta’ qtil.
L-investigaturi qed jinvestigaw ukoll jekk l-attakk setax kien immotivat mir-rabja tal-arrestat dwar il-mod kif l-awtoritajiet Ġermaniżi qed jittrattaw lir-refuġjatia Sawdi li qed jaslu l-Ġermanja.
Il-Kanċillier tal-Ġermanja, Olafa Scholz, waqt diskors għan-nom tal-poplu, qal li wieħed, issa, bilfors li jrid jaħseb fix-xeni terribbli li kienu trasmessi minn Magdeburg matul il-lejl tal-Ġimgħa. Hu fisser l-azzjoni bħala waħda brutali u li kellha tiswa l-ħajja ta’ persuni innoċenti li kienu ħsiebhom biss f’li jgawdu l-festi tal-Milied.
Sadanittant, qed tikber anki r-rabja fost in-nies ta’ Magdeburg li jemmnu li setgħu jevitaw dan it-terrur ‘bi ftit aktar attenzjoni mill-awtoritjaiet’. Fil-fatt, il-Kanċillier Scholz u l-kapijiet politiċi tar-reġjun, waqt iż-żjara obbligatorja f’din il-belt, spiċċaw insulentati mill-membri tal-pubbliku li huma konvinti dwar ‘nuqqasijiet ta’ sigurtà’ li permettew għall-attakk.
L-awtoritajiet Ġermaniżi qed jiddefendu s-sistema tas-sigurtà fil-madwar tal-Christmas Market — madankollu, qed jiżdiedu l-mistoqsijiet tal-pubbliku, fost ir-rapporti li l-awtoritjiet kienu mwissija sena ilu dwar il-potenzjal perikoluż tat-tabib Sawdi,
Il-Puliizija Ġermaniża, fl-istess ħin, qalet li, sena ilu, evalwat jekk l-arrestat setax, ‘il quddiem, ikun theddida għas-soċjetà – u meta għadu mhux magħruf għalfejn it-tabib saq il-karozza BMW għal fuq in-nies fil-Christmas Market.
Il-qattiel kien identifikat biss bħala Taleb A. – u fost rapporti li hu speċjalista fil-psikjatrija u l-psikoterapija. It-tabib Sawdi jfisser lilu nnifsu bħala eks-Musulman u kien juża diversi drabi l-media soċjali biex jibgħat il-messaġġi b’temi kontra l-Islam. Hu anki kien jakkuża lill-awtoritajiet Ġermaniżi b’li ma għamlux biżżejjed biex jevitaw dik li hu fisser bħala ‘l-Iżlamifikazzjoni tal-Ewropa’.
Intant, il-‘Massakru ta’ Magdeburg’ wassal biex diversi komunitajiet fil-Ġermanja iħassru l-Christmas Markets rispettivi bħala prekawzjoni u bħala solidarjetà mar-residenti mġarrbin ta’ dik il-belt. Intant, għadhom miftuħin ħafna fost il-Christmas Markets f’Berlin, għalkemm il-preżenza tal-pulizija żdiedet sostanzjalment fiċ-ċentru u bnadi oħra tal-kapitali.
Il-Ġermaniżi huma wkoll konxji li l-attakk tal-Ġimgħa bil-lejl f’Magdeburg kellu jseħħ tmien snin wara li estremista Iżlamiku kien saq trakk għal fuq in-nies preżenti għal Christmas Market f’Berlin u fejn kienu nqatlu 13 – b’għexieren jindarbu. Ir-raġel responsabbli kien spiċċa maqtul, jiem wara, waqt sparatura mal-pulizija fl-Italja.
//= $special ?>