Raġel ta’ 50 sena nżamm taħt arrest wara li allegatament saq karozza fuq il-folla f’suq tal-Milied fil-belt Ġermaniża ta’ Magdeburg.
L-akkużat ġie identifikat bħala Taleb al-Abdulmohsen – raġel mill-Arabja Sawdija, li jaħdem bħala tabib. Hu qed jiġi akkużat bi qtil, attentat ta’ qtil, u li kkawża ġrieħi serji lil diversi persuni.
F’dan l-attakk, l-akkużat qed jiġi akkużat li qatel ħames persuni, inkluż tifel ta’ disa’ snin, u li darab aktar minn 200 persuna.
Intant, il-pulizija f’Magdeburg ikkonfermaw li ħames persuni inqatlu f’dan l-attakk. Madankollu, il-pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.
Intant, is-Sibt filgħaxija saret quddiesa fil-Katidral ta’ Magdeburg biex tfakkar il-memorja għal dawk li tilfu ħajjithom.
//= $special ?>