Hekk kif iż-żmien tal-festi u l-btajjel tal-Milied jinsab fl-aqwa tiegħu, it-tim tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jinsab lest biex jilqa’ eluf ta’ passiġġieri li f’dawn il-jiem ikunu qed jirritornaw lejn darhom biex jingħaqdu mal-għeżież tagħhom, jew inkella jkunu qed jerħulha għal xi safra ta’ mistrieħ.
Bejn is-Sibt 21 ta’ Diċembru u t-Tlieta 31 ta’ Diċembru, madwar 229,000 passiġġier mistennija jgħaddu mill-ajruport, bl-aktar jiem impenjattivi mistennija jkunu s-27, it-28 u d-29 ta’ Diċembru.
Biex jassigura esperjenza isbaħ għall-passiġġieri u l-viżitaturi kollha, it-tim tal-ajruport ippjana diversi attivitajiet għall-familja kollha.
Santa Klaws se jkun qed jagħmel waqfa speċjali fl-ajruport fit-23 ta’ Diċembru bejn il-5pm u t-8pm, bit-tfal kollha jkollhom l-opportunità li jieħdu ritratt miegħu.
Anke fis-Sala ta’ Tluq se jkun hemm inizjattivi organizzati mill-MIA.
Bħalissa, l-ajruport għaddej b’diversi proġetti sabiex ikompli jsaħħaħ l-operat tiegħu.
Apparti minn hekk, f’dawn il-jiem inbidlu certu proceduri. U issa l-passiġġieri li jivvjaġġaw jistgħu iħallu likwidi u affarjiet elettroniċi fil-bagalji meta wieħed jitla’ għas-security checks.
Minħabba l-installazzjoni ta’ scaners tas-sigurtà ġodda fiż-żona tal-Iscreening tas-Sigurtà, mhemmx il-ħtieġa li jitneħħew likwidi jew affarjiet elettroniċi mill-’hand-luggage’ meta wieħed jivvjaġġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dan se jiffacilita l-esperjenza ta’ kull passiġġier li jivjaġġa bl-ajru.
//= $special ?>