Internazzjonali

Mewġa ta’ solidarjetà mal-familja li tilfet lil binha fil-każ traġiku tal-Christmas Market f’Magdeburg

Ma jaqtgħu xejn il-messaġġi ta’ solidarjetà wara l-mewt ta’ André Gleißner illi inqatel fil-każ li seħħ il-Ġimgħa filgħaxija, wara li karozza saqet għal fuq in-nies f’Suq tal-Milied fil-Ġermanja. Fl-istess traġedja mietu erba’ nisa li kellhom 45, 52, 67 u 75 sena.

It-tabib mis-Saudi, li qed jiġi akkużat b’dan il-każ, inżamm taħt arrest.

Il-media Ġermaniża qed tikkwota lil omm it-tifel li ddeskriviet lil binha bħala “it-teddy bear tagħha.” Dan filwaqt li qalet li Andre se jibqa’ f’qalbhom għal dejjem.