Mara minn Wied il-Għajn ammettiet fil-Qorti li rrikattat raġel miżżewweġ wara li dan tal-aħħar ried itemm ir-relazzjoni extra konjugali ta’ bejniethom.
L-akkużata ta’ 31 sena dehret fil-Qorti il-Ħadd quddiem il-Maġistrat Abigail Critiern.
Fil-Qorti ntqal li r-raġel iddeċida li jwaqqaf r-relazzjoni imma l-mara baqgħet tibgħatlu u titolbu għal flus kif ukoll thedded li tibgħat screenshots tal-konversazzjonijiet bejniethom lill-martu jekk ma jagħmilx hekk.
Fil-Qorti, l-akkużata dehret ddispjaċuta u wara li ammettiet, il-prosekuzzjoni mmexxija minn Omar Zammit talbet għal sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal-mara, bid-difiża taqbel ma’ dan.
Il-Maġistrat Critien laqgħet t-talba tal-prosekuzzjoni u ordnat ordni ta’ protezzjoni biex tipproteġi lill-vittma u l-familja tiegħu, filwaqt li tat lill-akkużata ħelsien mill-arrest taħt garanzija personali ta’ €3,000.
//= $special ?>