Lokali

Tifla ta’ 13-il sena tittajjar minn vettura fl-Imtarfa

Tifla ta’ 13-il sena weġġgħat gravi wara li ntlaqtet minn karozza waqt li kienet qed issuq r-rota.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart tal-Ħadd filgħodu fit-Triq Sir Philip Pullicino, l-Imtarfa.

Mill-ewwel stħarriġ preliminari irriżulta li t-tifla kienet għaddejja fuq ir-rota, u intlaqtet minn vettura Ford B Max misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 residenti l-Imtarfa.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku li ha t-tifla l-isptar b’ambulanza għal aktar kura, fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.

Intant, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-każ.