Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt f’inċident bejn 3 muturi u karozza fis-Salini

Sewwieq ta’ mutur mill-Imqabba spiċċa jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini fin-Naxxar.

Il-każ seħħ il-Ħadd filgħodu ftit wara d-9:30 f’inċident li fih kienu involuti tliet muturi, wieħed misjuq mir-raġel ta’ 40 sena, ieħor minn raġel ta’ 31 sena minn Ħal Qormi u mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 29 sena minn San Pawl il-Baħar, flimkien ukoll ma karozza misjuqa minn żagħżugħa ta’ 27 sena.

Filwaqt li s-sewwieq minn Ħal-Qormi ġie ċċertifiakt li ġarrab ġrieħi ħfief, is-sewwieq mill-Imqabba ġarrab ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Joe Mifsud kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.