Lokali Qorti

10 snin ħabs wara li ammetta li stupra diversi drabi lis-sieħba tiegħu

Ritratt mill-Arkivji

Raġel ta’ nazzjonalità Maltija li kien joqgħod San Pawl il-Baħar, bis-sieħba tiegħu mhux Matlija tgħix fir-residenza tiegħu ġie kkundannat 10 snin ħabs mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera wara li ammetta li diversi drabi huwa stupra lil mara, minkejja d-diversi drabi li kienet titolbu bil-ħniena biex ma jkomplix għaddej b’dan l-aġir.

Il-ħati kien jgħidilha li hekk kellha tagħmel u li dan kien il-kumpens li kellha tħallas għall-kiri tar-residenza tiegħu. Huwa kien jheddidha wkoll li jekk ma tagħmilx dak li kien jgħidilha hu, kien se joqtol lill-kelb tagħha li kienet tħobb immens.

Kien fl-10 ta’ Awwissu tas-2021 li l-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra ġew infurmati permezz ta’ telefonata mit-taqsima tal-vjolenza domestika li mara kienet ċemplet biex titlob l-għajnuna tal-pulizija minħabba
il-fatt li kienet ġiet stuprata fir-residenza tagħha mis-sieħeb tagħha.

Il-Pulizija tad-Distrett minn fir-residenza fejn sabu lill-vittma li stqarret li filgħodu stess is-sieħeb tagħha, mingħajr il-kunsens tagħha, ippenetra parti privata tagħha mal-parti privata tiegħu. Il-vittma spjegat li kellha relazzjoni mal-akkużat għal erba’ snin u kienet toqgħod miegħu fir-residenza tiegħu.

Matul il-kors tar-relazzjoni tagħhom l-akkużat iddaħħal l-Isptar Mount Carmel f’diversi okkażjonijiet dovuti għall-alkoħoliżmu tiegħu. L-ewwel sitt xhur tar-relazzjoni kienu pjaċevoli madankollu, wara
sitt xhur, l-akkużat beda jixrob u r-relazzjoni spiċċat mibdula.

L-akkużat li ismu mhux qed jissemma biex tiġi protetta l-identità tal-vittma spiss ried lill-vittma tkun intima miegħu u kien jordnalha biex tibqa’ għarwiena id-dar il-ħin kollu. Riedha wkoll tibqa’ bla ħwejjeġ fis-sodda ‘lesta għalih’.

Huwa ammetta wkoll li kien jippenetraha b’diversi modi kemm bis-swaba’ u bl-organu sesswali tiegħu diversi drabi matul il-ġurnata u matul il-lejl kontra l-volontà tagħha xi kultant u mingħajr il-kunsens tagħha u minkejja oġġezzjonijiet ċari minnminnha.

Meta l-vittma tiegħu kienet tgħidlu li l-atti tiegħu kienu qed iweġġgħuha, l-akkużat qal li ma jimpurtahx kif x’qed tħossha sakemm hu kien ok. Hu kien ukoll jhedded lill-vittma li jekk hi ma tħallihx jagħmel dawn l-atti, kien jispiċċa joqtol lill-kelb tagħha ‘Snoopy’ li kienet tħobb ħafna.

Huwa biss meta tat il-kelb għall-adozzjoni li ħasset li setgħet tagħmel bidla fiha nnifisha u fil-ħajja tagħha u tirrapportah. Kienu l-ġrajjiet li seħħew fis-sigħat bikrin tal-10 ta’ Awwissu ta’ tliet snin ilu li wasslet għall-arrest tal-akkużat

Dak inhat l-atti tar-raġel kienu insapportabbli fejn stupraha b’mod vjolenti. Il-vittma tirrakkonta li qalet lill-akkużat biex iwaqqaf l-azzjonijiet tiegħu, madankollu hu wieġeb li dan kien il-mod kif hi kellu jitħallas il-kera, peress li hi kienet qed tgħix fir-residenza tiegħu.

Dan mingħajr il-kunsens tagħha, jiġifieri li kien qed jistupra lis-sieħba tiegħu, liema imġieba kienet ripetuta u mifruxa fuq diversi snin, bil-frekwenza skont l-aptit sesswali tal-akkużat. Minkejja l-oġġezzjonijiet tagħha li l-vittma għamlet il-kuraġġ u talbet l-għajnuna tal-Pulizija.

Meta ġiet għall-piena, il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, semgħet kif il-prosekuzzjoni u d-difiża laħqu ftehim li jammetti l-akkużi u jeħel 10 snin ħabs. Min-naħa tal-akkużat ammetta l-akkużi ta’ stupru u li wettaq atti sesswali mingħajr kunsens. Il-Qorti laqgħet dan il-patteġġament u bagħtitu 10 snin ħabs. Ma’ dan ordnatlu jħalla €4,151 fi spejjeż tal-Qorti.