L-attrici Blake Lively daħlet rikors kontra Justin Baldoni, attur li kellu rwol prominenti magħha fil-film It Ends With Us li kien addatt mill-ktieb ta’ Colleen Hoover. Hi qed issostni li Baldoni għamlilha fastidju u bedakampanja sabiex ikissrilha r-reputazzjoni li bniet tul is-snin.
It-tim legali ta’ Baldoni spjega lill-BBC li l-allegazzjonijiet li xeħtet Blake Lively huma kategorikament foloz.
Diversi personalitajiet bħal Ferrera, Tamblyn u Biedel, ħbieb ta’ Blake Lively li ħadmu magħa fit-2005 fil-film The Sisterhood of the Travelling Pants ħarġu stqarrija konġunta fuq Instagram fejn qalu li se jkunu magħha b’solidarjetà. Ingħaqdet magħhom ukoll Coleen Hoover illi iddiskriviet lil Lively bħala mara “onesta, ġeneruża u paċenzjuża”.
L-avukati ta’ Lively qalu li r-rikors huwa konsegwenza ta’ laqgħa li saret fil-bidu tas-sena fejn Lively kienet diġa’ ppruvat tindirizza fastidju sesswali kontinwu u imġieba inkwetanti minn Baldoni, li kien l-attur prominenti u producer tal-film. Iżda sfortunatament ma ttieħdu l-ebda passi.
Waqt il-filming ta’ It Ends With Us, bosta stqarrew li Lively pruvat tisħaq numru ta’ drabi biex ikun hemm ambjent tax-xogħol feliċi għaliha u għall-kolleġi tagħha u b’hekk ħafna jinsabu taħt xokk kif hemm evidenza primeditata u vendikattiva sabiex tiskredita il-vuċi tagħha. Filfatt, Colleen Hoover tenniet il-messaġġ pubbliku tagħha b’kuraġġ lil Lively biex ma taqtax qalbha u tkompli tippersisti.
It-tim legali ta’ Lively akkuzaw lil Baldoni u Wayfarer Studios li issottomew pjan metikoluz sabiex ikissru ir-reputazzjoni ta’ Lively iżda hi saħqet li dan kien pjan sabiex issiktuha milli titkellem fuq l-ambjent ostili li ikkrejaw Baldoni u l-Kap Eżekuttiv ta’ din il-kumpanija.
//= $special ?>