Lokali

Il-Caritas bl-aħħar preparamenti għall-ikla tal-milied

Dan iż-żmien ta’ festi jġib miegħu ħafna emozzjonijiet ta’ ferħ – speċjalment għall-familji u t-tfal. Però għal uħud iġib ukoll sentimenti ta’ dieqa, speċjalment għal min iħossu waħdu.

Iżda grazzi għall-Caritas – propju fil-jum tal-Milied, in-nies li jbatu mis-solitudni u li jfittxu l-għajnuna jistgħu ma jibqgħux waħedhom.

Id-direttur tal-Caritas Anthony Gatt spjegalna li bl-għajnuna tal-Alf Mizzi Foundation li pprovdiet l-ikel kollu għal din l-ikla, kif ukoll l-uffiċċju tal-President li pprovda l-ħelu u St. Peter’s Foundation li għenet fil-loġistika….. il-binja tal-Kurja se tkun qed tinbidel f’ristorant kbir.

Hawn, se jilqgħu l’fuq minn 500 persuna għall-ikla tal-Milied fejn għall-għaxar sena konsekuttiva

Caritas Malta se tipprovdi ikla sħuna lil dawk il-persuni li jinsabu waħedhom f’dawn il-jiem ta’ festi.

Anthony Gatt appella lill-poplu Malti sabiex jingħaqad flimkien bħala familja waħda mhux biss fiż-żmien tal-Milied iżda kull ġurnata tas-sena, u jekk inkunu nafu b’xi ħadd li qiegħed ibati mis-solitudni noffrulu spalla u ftit għajnuna.

Din is-sena l-Caritas mhux se toffri biss ikel lill-familji fil-bżonn iżda għandha diversi rigali sabiex tferraħ lill dak li jkun fil-jum tal-Milied; rigali li ġew mogħtija mill-istudenti tal-iskola Lilly of Valley tal-Mosta.

Rittrati: Catriel Farrugia Sghendo