Il-Gvern jeħtieg li jipprovdi aktar riżorsi lejn il-kura veterinarja biex titjieb il-kura ta’ emerġenza u jiġu indirizzatti l-isfidi sinifikanti li qed jiffaċċjaw il-professjonisti.
Kien dan l-appell li għamlet fi sqarrija l-Assoċjazzjoni Veternarji ta’ Malta, l-MVA, fejn spjegat li qed jinħass bżonn kbir li l-Gvern iżid ir-riżorsi li jiddedika għall-kura tal-annimali biex jilħaq l-aspettativi tal-pubbliku ….l-aktar fejn jirrigwardja emerġenza għall- annimali wara l-ħin tax-xogħol.
Mhux hekk biss, iżda l-MVA stqarret kif issa l-veterinarji jridu jissagrifikaw il-ħin personali tagħhom u jiffaċċjaw pressjoni fnanzjarja minħabba nuqqas ta’ riżorsi.
Dwar l-għeluq f’daqqa tal-uniku sptar tal-animali liċenzjat f’Malta, l-MVA qallu li dan ħalla riżorsi u tagħmir siewi mhux utilizzati biżejjed; minkejja l-kapaċita tagħhom li jindirizzaw bżonijiet kritiċi u emerġenzi fi ħdan il-komunità.
L- Assocjazzjoni tal-Veterinarji sostniet li l-Gvern għandu juża dawn ir-riżorsi tal-isptar li issa huwa magħluq biex jipprovdi appoġġ għal min jippratika ta’ veterinarju privatament – dan sabiex itaffi l-piżijiet tagħhom u jtejjeb il-benessri kemm tal-annimali kif ukoll tal-profesjonisti.
L-isptar tal-annimali kien proġett li fetaħ Gvern Nazzjonalista 12-il sena ilu u li issa ilu 16-il xahar magħluq. U l-PN ilu żmien twil jitfa’ dawl fuq din is-sitwazzjoni inkwetanti, li mhix tingħata prijorità mill-Gvern.
//= $special ?>