Persuna ndarbet f’ħabta bejn karozza tal-linja u vann li seħħet madwar is-10:30 AM fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn xarabank tal-għamla Otokar Vectio misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti Marsaskala, u vann Ford Tourneo Courier misjuq minn mara ta’ 39 sena residenti n-Naxxar.
Ix-xufier tax-xarabank ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. Il-mara tal-vettura l-oħra ma weġġgħetx.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>