Il-Pulizija sabet żewġ għadmiet żgħar u traċċi tad-demm f’żewġ appartamenti fl-Imsida li l-Kolumbjan Andres Leonardo Gamboa Duran kellu aċċess għalihom. F’wieħed mill-appartamenti nstab ukoll pakkett ħrieqi li kellu nieqsa ħarqa waħda, kkonfermata li kienet l-istess waħda li nstabet fil-bagalja li fiha kien hemm mqatta biċċiet il-katavru ta’ Raul Eduardo Ray, ukoll ta’ nazzjonalità KJolumbjana.
F’wieħed mill-appartamenti nstabet ukoll il-mannara li ntużat biex Raul jitqatta biċċiet u li kien Andres Leonardo Gamboa Duran li qatta lill-vittma wara li skont l-akkużat hu kien sabu mejjet f’wieħed mill-appartamenti. L-akkużat qal lill-Pulizija li huwa kien iddiżappuntant ħafna li meta tefa’ l-bagalji l-baħar f’Tas-Sliema, din ma għerqitx.
Duran qal li hu jaħdem bħala l-Kap tal-Couriers tad-droga f’Malta. Dan kollu ħareġ waqt ix-xhieda ta’ Wayne Camilleri bil-Maġistrat Astrid May Grima wara s-seduta tiddikjara li hemm biżżejjed provi biex jitpoġġa taħt att ta’ akkuża.
F’mument minnhom il-Qorti tgħat ordni wara talba mill-prosekizzjoni biex ċertu ismijiet dwar droga u bosses barranin tad-droga ma jissemmewx kemm minħabba l-fatt li l-investigazzjoni għadha sejra kif ukoll gaħs-sigurtà tal-akkużat u l-familja tiegħu li jgħixu Madrid, bħal ma kien jgħix Madrid il-vittma u xi Kapijiet tad-droga.
L-Ispettur Wayne Camilleri mill-iskwadra tal-omiċidji qal li fid-9 Diċembru għall-ħabta 12pm il-Pulizija irċiviet rapport li bejn tas-Sliema u l-Gżira xatt kienet għadha kemm instabet bagalja fil-baħar li nġibet fuq l-art, li xi nies kif fetħuha sabu katavru.
Ix-xhud qal li kien mar mill-ewwel fuq il-post fejn hemm kien hemm il-bagalja lewn skur. Qal li qablu kienu diġa waslu l-Pulizija tad-distrett ta’ Tas-Sliema. Fuq il-post kien hemm żewġ minorenni ta’ nazzjonalità Franċiża.
“Sirna nafu li dawn it-tfal kienu fuq ‘paddle boat’ u kienu huma li sabu l-bagalja u ġarrewha max-xatt. Kien hemm tnejn oħra barranin, adulti li nzertaw kienu għaddejjin bil-mixi fl-inħawi tax-xatt u raw lit-tfal itellgħuha. Kienu l-adulti li fetħu l-bagalji,
“Eventwalment ittieħedet ix-xhieda tal-erba’ li huma bil-ġurament. Il-bagalja kienet ta’ ditta Simona u ġie nnutat ukoll li kellha rota mkissra minn tmien roti. Fuq rota minnhom kien għad hemm il-preżż imwaħħal ta’ 75 ewro u dan kien ta’ kulur ħadrani. Il-kulur kien importanti ħafna għall-investigazzjoni,” kompla jgħid l-Ispettur Camilleri.
Huwa ta struzzjonijiet lill-Pulizija biex iduru kull ħanut f’Tas-Sliema u l-Gżira dawk li jbiegħu dawn il-bagallji u prezz li jimmeċċja. Fuq il-post kien hemm ukoll l-Ispettur Ian Azzopardi tad-Distrett ta’ Tas-Sliema, li kien informa lill-Maġistrat Inkwerenti u nħatret inkjesta.
Fuq il-post ġiet fotografata il-bagalja kif kienet mill-membri tal-forenika u din ittieħdet kamra mortwarja. L-esperti tal-qorti kienu nkarigati biex jispezzjonaw filmati tas-CCTV minn ristorant li kellu diversi cameras, Dan dejjem seħħ fid-9 ta’ Diċembru, eżatt bejn Sliema u Għira fejn ir-ristorant Aqua Luna.
Kien għall-ħabta tas-2pm li x-xhud qal li mar fil-kamra mortwarja fejn kien hemm il-bagalja u preżenti kien hemm l-espert mediku Mario Scerri u membri tal-forensika. Hemm infetħet il-bagalji u nħareġ il-kontenut fejn kien hemm katavru maskili bla ħwejjeġ. Kellu jdejh u jsaqajh maqtugħin u kienu wkoll fil-bagalja. Idejh u saqajh kienu f’’garbage bag’ u kien liebes biss ħarqa.
Waħda minn idejh kellha tattoo u tatoo oħra żgħira fuq saqajh. L-identità sa dak il-ħin ma kienitx magħrufa. Fl-istess ġurnata għall-ħabta tas-6.30pm kien hemmn update mis-Surġent Gary Scerri fejn wara kuntatt li sar miegħu mit-team tal-investigazzjonijiet, sar magħruf li kien instab il-ħanut minn fejn sa dak il-ħin x’aktarx kienet inxtrat il-bagalja.,
Camilleri qal li din inxtrat minn Triq Naxxar, San Ġwann. Huwa mar fuq il-post u hemm ġie kkonfermnat li kienu qed ibiegħu l-istess ditta ta’ bagalji, l-istess kulur u l-prezz ukoll ta’ 75 euro u l-prezz imwaħħal wkoll kie ta’ lewn ħadrani.
Aqal li tkellem ma’ tal-ħanut, li jbiegħ ħafna affarijiet. Dwar meta nbiegħet xi bagalja riċenti, kienu biegħu waħda eżatt il-ġurnata ta’ qabel, fit-8 ta’ Diċembru għall-ħabta ta’ nofs inhar. Bdew jaraw is-CCTV’s u bħal ma qallu tal-ħanut f’nofs inhar deher raġel jixtri bagalaja u mill-istess ħanut xtrara wkoll mannara u ħallas bi flus kontanti.
Minn diversi CCTV’s tal-madwar issa saret magħrufa l-identità fiżika tar-raġel. Il-verifikili saru f’San Ġwann urew li mar bil-mixi u waqaf b’taxi tad-ditta Bolt u daħal fil-ħanut minn rotta u wara mexa lura fl-istess rotta, minn Triq Bella Vista f’San Ġwann u reġa qabad Bolt. Hawn bdew isiru l-verifiki mal-Bolt.
Ix-xhud kompla jgħid li min ibbukkja uża l-isem Andres u dejjem ħallas cash u hawn sar magħruf in-numru tal-mobile u l-email tas-suspettat. Sar magħruf li bbukkja l-Bolt minn qabel mill-Imsida u reġa’ mar lura fl-inħawi ta’ Triq Victor Denaro l-Imsida.
L-Ispettur Wayne Camilleri qal li sadanittat l-awtopsja saret l-għada 10 ta’ Diċembru. Din saret mill-Professur Ali Safraz, il-Profs David Pisani u l-espert mediku Mario Scerri. Tenna li hu u Pulzija oħra flimkien mas-‘scene of crime officers’ kienu preżenti.
“Hawn sirna nafu li kif eżatt fetħulu l-istonku nstabu l-kapsoli tad-droga. Kellu mal-102 kapsoli. Dawn wara ttieħdu lil espert Godwin Sammut. Il-Professur Sammut maħtur ngħata l-kampjuni li tawh biex jara jekk fid-demm tiegħu kienx hemm traċċi tad-droga.
“Minn update li tagħna, rriżulta li d-demm tal-vittma ma kienx wera li hemm traċċi tad-droga. Allura l-possibilità hi li ma kienx hemm xi waħda mill-kapsoli li nfaqgħet u li miet b’dan il-mod. Sadanittrant il-Pulizija tas-Cyber komplew jinvestigaw mill-email address sirna nafu żewġ indirizzi ta’ interess.” qal ix-xhud.
Kompla jgħid li dawn kienu żewġ appartament fl-Imsida. Wieħed fi Triq Victor Denaro u ieħor Triq l-iskola, li dan jiġi kantuniera minn mal-ewwel wieħed. Minn numru tal-mobile l-affarijiet bdew jiċċawjaw minħabba d-data li kien qed ikun hemm u l-passi tas-suspettat fejn dan kellu ħafna miovimenti fl-istess inħawi.
Tenna li nħareġ mandat ta’ arrest għal Andres, biż-żewġ indirizzi taħt sorveljanza, Fl-10.20am huwa kien ħiereġ mill-blokka u ġie arrestat fl-istess triq. Mar fuqu l-ewwel Ass Kummissarju Keithj Arnaud hu u Surġent tal-Pulizija.
Ix-xhud qal li tawh ittra tad-drittijiet tiegħu bl-Ispanjol u kkonferma li kien fehem. Marret ukol fuq il-post traduttriċi. L-arrest sar Triq Victor Denaro l-Imsida, F’idejh kellu żewġ boroż tal-plastik. Waħda sewda u kien hemm il-ħwejjeġ persobali tiegħu, fosthom żewġ pari żraben u fil-borża l-oħra li kienert trasparenti. kien fiha dokumenti mqattgħin fosthom passaport u credit cards,.
Dawn kien xreddjati. Kellu wkoll mobile phone li ttieħed minn espert tal-Qorti u kellu wkoll mazz ċwievet. Bdew it-tfittxijiet fl-appartament numru 12 b’waħda miċ-ċwievet mill-mazz li kellu fuqu taqbel. Hemm sabu persuna oħra portugiża fl-appartament.
Dan ġie arrestat iżda ma kienx relatatmal-każ, imma ġie arrestat fuq id-droga. It-tfittxija saret mill-membri tal-forensika. Ix-xhud qal li hu u l-Ispettur Kurt Zahra kienu preżenti waqt dan il-proċess. Fil-kuridur kien hemm kabinett, li kien hemm oġġetti relatati mad-droga.
Borża minnhom kienet mimlija sustanza bajda li kieneu forma ta’ kapsoli mimlija. Aktar affarijiet relatati mad-droga, bħal miżien u tapes li x’aktarx intużaw biex isiru l-kapsoli kienu wkoll elevati. Fil-kamra ta’ ġewwa kamra tas-sodda Andres, kien hemm ħwejjeġ li jaqblu mas-CCTV’s li kien liebes l-imputat, Ta’ interess fil-kamra tas-sodda instab pakkett ġdid tal-ħrieqi, li kellu biss waħda biss nieqsa, u li din kienet tad-ditta bħal dik tal-bagalja.
Dawn instabu fil-gwardarobba. Xi ħaġa oħra ta’ interess kienet irċevuta fejn inxtraw affarijiet bħal ‘bleach’, deterġenti tal-art, boroż tal-iskart, biċċiet tal-art u wkoll kollox beda juri li kien sar xi tindif wara fl-appartament. “Kif lestejna mill-ewwel appartament morna f’appartament ieħor”, qal l-Ispettur Camilleri.
Fiq mistoqsija tal-Qorti x-xhud qal li l-Appartament numru 12 kien fuq nett, u li kien Penthouse. Ix-xhud qal li wara marru hekk kif iddur mat-triq, li tiġi t-Triq l-Iskola. Dan kien apparament numru 3 u li daħlu wkoll b’waħda miċ-ċwievet li kellu fil-mazz l-akkużat.
Il-post kien jdher vojt u ma kien hemm ħadd. Xi ħaġa suspettuża kienet ukoll, li l-post ukoll kien jidher nadif u maħsul. Fil-kmamar tas-sodda xejn ‘bedspreads’. Saqqu biss kienu hemm. Jidher li ma kienx abittabbli.
Il-mannara instabet
It-Team foresiku waħda mill-kabinetts fil-kamra tal-banja instabet mannara imgeżwra fi plastik blue. Din ġiet elevata u din kienet taqbel eżatt bħal ma raw l-investigaturi fis-CCTV’s u dik li nxtrat mill-ħanut. It-team forensiku għamel l-stħarriġ tiegħu fejn instabu żewġ għadmiet żgħar fejn id-drain u kien hemm ukoll xi demm.
F’appartament 12 ftakar ix-xhud ukoll kien hemm xi traċċi ta’ xi dmija. Eventwalment kien hemm passaport tal-akkużat fil-kamra tiegħu. Fit-13 ta’ Diċembru saret l-intergoazzjoni. “Konna preżenti jien u l-Ispettur Kurt Zahra u s-suspettatui flimkien mal-avukat tiegħu Yanika Barbara Sant, u preżenti wkoll kien hemm l-interpretu.
L-Ispettur Camilleri qal li l-interogazzjoni damet ftit aktar minn sagħtejn fejn l-akku’żat li beda jwieġeb il-mistqsijiet. Ħareġ li l-identità tal-vittm,a li jsmu Raul. L-akkużat qalilhomn li hu ma kienx jafu ħafna imma iltaqa’ miegħu qabel u anke ħadlu b’idejh.
Ħareġ mill-interogazzjoni li Raul kien courier u kien ġie Malta minn Franza bid-droga u li f’Malta kellu d-droga fl-istonku, u li kien bgħatu il-boss tiegħu mill-Kolumbja, L-akkużat ikkonferma mal-Pulizija liu kien jieħu ħsieb il-courries f’Malta.,
Dwar il-vittma l-akkużat qal lill-Pulizija li dan kien ġie Malta f’Novembru u għamel jumejn jgħix miegħu fl-appġartamenr ta’ Triq Victor Denaro. Hu kien urieh l-appartament fi Triq l-iskola- kanutniena l-bogħod ta’ fejn joqgħod hu (Andres).
F’Novembru kie telaq u mar lura ħdejn il-familja f’Madrid, Fis-6 ta’ Diċembru beda jirċivi xi telefonati mill-Kolumbja, bil-problema tkun għax Raul ma kienx baqa’ f’kuntatt magħhom. Kien hemm suspetti li kien ġara xi ħaġa ħażina u kien mitlub biex jinżel Malta malajr ħalli jara x’ġara.
L-akkużat kien mar mill-ewwel, jiġifieri fis-7 ta’ Diċembru, mar fl-appartament l-ieħor fir Triq l-iskola u x’ħin fetaħ qal li beda jxomm riħa tinten. Hemm daħal ġewwa u sab lil Raul fuq is-sodda mingħajr ħajja. Beda jipprova jqajjmu iżda kien kollu ta’ xejn għax kien mejjet.
Fl-istqarrija tiegħu mal-Pulizija Andres ikkonferma li kien hu stess li fit-8 ta’ Diċembru għall-ħabta ta’ nofsinhar kien mar il-ħanut f’San Ġwann u vvjaġġa permezz ta’ Bolt u kien xtara l-bagalja u l-mannara li ntużat biex eventwalment jaqta’ l-katavru.
Qal li kien dakinhar stess xi ħin waranofsinhar fejn mar u qatta’ l-katavru, qatagħlu jdejh u saqajh biex ipoġġih fil-bagalja mingħajr ma jagħti fil-għajn. Qal li ma kienx hemm nies oħra involuti, għamel kollox hu.
Dakinhar fl-għaxija kien ħareġ il-bagalja, beda miexi direzzjoni ta’ Rue D’Argens ma kienx jaf x’se jagħmel biha u eventwalment iddeċieda li jimxi d-direzzjoni n-naħa tax-xatt ta’ Tas-Sliema u hemm tefa l-bagalja l-baħar. Qal li kien diżappuntat ħafna li xħin tefa’ l-bagalja fil-baħar din ma għerqitx.
Ikkonferma li huwa kien naddaf xi ftit l-appartament ta’ Triq l-Iskola, l-Imsida. Mistoqsi dwar il-plastic bags li nstabu fil-pussess tiegħu meta ġie arrestat, ikkonferma li l-kontenut fiż-żewġ basktijiet kienu tal-vittma. Mistoqsi fuq il-pakkett ħrieqi li nstab fl-appartament tiegħu fl-Imsida kkonferma li l-kamra tas-sodda kienet tiegħu u li dak il-pakkett kien ħadu mill-appartament ta’ fejn kien qed joqgħod u poġġieh hemm.
Ikkonferma wkoll li l-mannara li kienet l-istess waħda li xtara u uża biex iqatta’ l-katavru. Eventwalament 14 ta’ Diċembru 2024 – Andres Leonardo tressaq qil-Qorti b’arrest quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia
Ix-xhud qal li – “minn aktar investigazzjonijiet, stajna nikkonkludu li l-vittma huwa Raul Eduardo Ray mwieled Cutta, Kolumbja u passaport Kolumbjan. L-investigazzjoni fuq dan il-każ għadha għaddejja, pero’ s’issa dak kien l-involviment tiegħi” temm jgħid l-unika xhud tat-Tnejn.
Duran jinsab mixli li ppromwova organizzazzjoni kriminali, traffikar tad-droga, assoċjazzjoni kriminali, ħasil ta’ flus, ħabi ta’ ġisem, u li pprova jgħatti reat. L-Ispetturi Kurt Colombo Zahra u Wayne Camilleri flimkien mal-avukati tal-AĠ Kaylie Bonett u Dejan Darmanin qed imexxu l-Prosekuzzjoni. L-Avukat Yanica Barbara Sant assistiet lill-akkużat bħala għajnuna legali. Il-kumpilazzjoni se tkompli fit-30 ta’ Jannar li ġej.
//= $special ?>