Internazzjonali

Ir-Russja: Il-Korea komunista qed tinvolvi ruħha aktar fil-gwerra mal-Ukreni

Ir-reġim komunista fil-Korea ta’ Fuq qed jaħseb biex jistazzjona aktar truppi u armamenti – fosthom il-kamikaze drones – bħala għajnuna lir-Russja waqt il-gwerra mal-Ukrajna li dalwaqt tagħlaq tlett snin.

Il-Korea komunista hi alleata tal-President Russu Vladimir Putin u meta diġà bagħtet l-eluf tas-suldati biex jiġġieldu fuq in-naħa tal-Kremlin fl-artijiet tar-Russja okkupati mill-militar Ukren.

Dan meta fl-ostilitajiet, sallum, inqatlu viċin l-1,500 suldat komunista.

L-ogħla mexxejja militari fil-Korea t’Isfel issa qalu li l-Korea komunista ‘trid tinvolvi ruħha aktar’ fl-invażjoni tal-Ukrajna – dejjem fuq in-naħa tar-Russja.

Dan fost il-pjani ta’ Pyongyang biex anki jissupplixxi lir-Russja b’aktar rocket launchers u artillerija fuq id-direttivi speċifiċi tal-Mexxej korean komunista, Kim Jong-un.