Colin Schembri
Starlites JSD……58
Hibernians………56
(21-10)(12-16)(11-15)(14-15)
Starlites JSD kisbu rebħa importanti f’logħba missielta kontra Hibernians. Minkejja bidu qawwi minn Starlites, Hibernians irkupraw fis-sessjonijiet tan-nofs u taw sfida sal-aħħar sekondi fejn kellhom ukoll l-aħħar żewġ pussessi tal-logħba li setgħu jaqilbu r-riżultat. Starlites kienu mingħajr Michela Zammit Cordina u Hibs kellhom nieqsa lil Kirsty Caruana. Starlites bdew fuq quddiem grazzi għal żewġ trippli minn Makaila Napoleon flimkien ma’ Ylenia Bonett u Mikela Riolo, li rawhom jagħmlu run ta’ 14-7 fl-ewwel ħinijiet. Għalkemm Hibernians irrispondew b’punti ta’ Mikayla Brandon, Maria Bonett u Andie Saliba, Starlites għalqu s-sessjoni b’run ta’ 7-0 grazzi għal Napoleon u trippla oħra ta’ Bonett għal skor ta’ 21-10. Fit-tieni sessjoni Hibernians bdew jirkupraw bil-kontribut ta’ Steffi De Martino u Julia Dabic, li bdew is-sessjoni b’run ta’ 5-2. Napoleon kellha trippla oħra u flimkien ma’ Sasha Lecuyer u Ylenia Ferrando żiedu id-distakk għal 14 -il punt 33-19. Hibernians għalqu t-taqsima b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom żewġ baskets oħra minn Dabic biex id-distakk niżel għal seba’ punti 33-26 favur Starlites.
It-tielet perjodu beda b’punti alternati bejn iż-żewġ timijiet, b’Hibernians bdew inaqqsu d-distakk u fir-raba’ minuta waslu sa’ erba’ punti ‘l bogħod 32-36. Philippa Riolo żiedet punti għal Starlites bi trippla flimkien ma’ Bonett u Mikela Riolo. De Martino b’basket fetħet run ta’ 7-1 lejn it-tmiem biex Hibernians reġgħu naqqsu d-distakk għal 3 punti 44-41. Fl-aħħar taqsima, De Martino fetħet bi trippla biex ippareġjat il-partita. Hawn Starlites kellhom run ta’ 10-0 bi trippli minn Catherine Cilia u Bonett. Fis-sitt minuti ta’ wara, Hibs għamlu sforz qawwi biex isalvaw il-partita u ħallew lil Starlites fuq tlett punti biss. De Martino u Brandon wassluhom sa’ 5 punti ‘l bogħod u fl-aħħar ħinijiet kien hemm żewġ baskets minn Dabic għal skor ta’ 57-56. Napoleon għamlet free-throw minn tnejn biex Hibs kellhom ċans jippareġjaw il-partita però tilfu l-pusess tal-ballun u Starlites ħadu nifs qawwi u temmew il-partita fuq quddiem 58-56.
Starlites JSD: S. Lecuyer 3, M. Riolo 8, C. Cilia 5, P. Riolo 3, E. Degiorgio, L.M. Zammit, Y.Bonett 12, M. Napoleon 23, S. Tabone, F. Vella, Y. Ferrando 2, C. Curmi 2.
Hibernians: M. Brandon 12, E. Farrugia, A. Saliba 9, M. Bonett 4, S. De Martino 12, K. Calleja, N. Farrugia 3, J. Dabic 16, M. Mendez.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi.
Caffè Moak Luxol……………113
Valletta Lioneses……………..15
(28-4)(20-7)(37-2)(34-2)
Caffè Moak Luxol wieġbu għar-rebħa ta’ Starlites b’rebħa kbira fuq Valletta Lionesses 113-15. Valletta kienu mingħajr l-Amerikana Janea Barnes u l-attakk tagħhom kien limitat ferm tant li fl-aħħar żewġ sessjonijiet għamlu biss żewġ baskets. Luxol bdew b’qawwa kbira, fejn wettqu run ta’ 13-0 fl-ewwel tliet minuti grazzi għal Brandi Huffhines, Anna Fenech Pace, u Lisa Fenech Pace. Valletta rnexxielhom jiksbu l-ewwel punti tagħhom permezz ta’ Taisiia Nikishina fir-raba’ minuta , iżda Luxol wieġbu b’run oħra ta’ 11-0 ugħalqu l-ewwel sessjoni fuq skor ta’ 28-4. Luxol komplew bil-punti tagħhom fit-tieni sessjoni fost l-oħrajn minn Noelene Vella u Vanya Baldacchino, li għamlu run ta’ 10-2 fl-ewwel nofs tas-sessjoni. Valletta kellhom risposta b’punti minn Marija Momcilovic u Nikishina minn free throws, iżda l-pressjoni difensiva ta’ Luxol kienet effettiva ħafna. Baldacchino,Jada Said u Sarah Fenech Pace komplew bil-punti tagħhom fuq fast breaks, u s-sessjoni għalqet b’Luxol fuq quddiem 48-11.
Fiż-żewġ sessjonijiet ta’ wara ftit kien hemm storja hekk kif Valletta sabu diffikulta kbira biex jagħmlu l-punti. Luxol fetħu bi 15 -il punt mingħajr risposta b’punti minn A. Fenech Pace u Josephine Diaby. L-uniku basket ta’ Valletta wasal minn Sabrin Abugrin qabel ma Luxol għamlu 15 -il punt ieħor fosthom żewġ trippli ta’ Said għal skor ta’ 79-13. L-aħħar taqsima kienet bl-istess andament. Luxol fetħu bl-ewwel 20 punt fosthom trippli minn Huffhines u Michela Marmara flimkien ma’ Rebecca Naudi u Baldacchino. Għal Valletta kien hemm l-uniku basket minn Nikishina qabel ma Luxol għamlu 14 -il punt ieħor biex kull player niżlet isimha fost l-iskorers għal skor finali ta’ 113-15.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott 3, L. Fenech Pace 8, M. Marmara 6, N. Vella 6, J. Said 8, E. Abela 2, S. Fenech Pace 16, J. Diaby 6, B. Huffhines 14, V. Baldacchino 17, R. Naudi 14, A. Fenech Pace 13.
Valletta Lioneses: A. Parnis 1, S. Abugrin 2, N. Caruana, M. Momcilovic 2, M. Mifsud 4, A. Nikishina, T. Nikishina 6.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Wendell Lim, Miguel De Flavia.
Betsson Depiro……..67
Athleta…………………47
(17-10)(20-6)(13-12)(17-19)
Betsson Depiro se jtemmu s-sena fl-ewwel post wara li għelbu lill-Athleta 67-47 biex ħadu s-sitt rebħa fil-kampjonat. Il-coach Julian Naudi serraħ lill-Amerikana Janai Crooms u lil Joselle Borg Cardona hekk kif kellhom lura fl-iskwadra lil Nicole Agius li tilfet diversi partiti . Athleta rkupraw lil Britney Agius u Martina Ferrante. Depiro fetħu l-partita b’sensiela ta’ trippli minn Kristy Galea u Julia Borg biex marru 9-4 minn fuq. Wara risposta minn Athleta minn Francesca Sant u Kennedi Williams, Claire Ciantar u Agius. Wara xi ħin mingħajr punti, Galea għamlet l-aħħar basket tas-sessjoni għal skor ta’ 17-10. It-tieni taqsima bdiet bi break ta 11-0 minn Depiro fosthom trippla oħra minn Agius u żewġ baskets ta’ Ciantar. Athleta waqqfuhom b’basket ta’ Britney Agius u iehor ta’ Williams iżda Depiro kellhom seba’ punti oħra fosthom trippla ta’ Julia Borg biex daħlu jistrieħu 37-16 minn fuq.
Fit-tielet taqsima kien hemm il-punti ta’ Ciantar għal Depiro flimkien ma’ trippla ta’ Galea. Athleta però rnexxielhom isibu 8 punti mingħajr risposta minn Williams u Laura Camilleri biex Depiro għalqu s-sessjoni 50-28 minn fuq, Naudi kompla jagħti ħin lil players żgħażagħ ta’ fuq il-bank u fil-fatt l-ewwel punti waslu minn Julienne Magri u Mariah Micallef. Għall-Athleta kien hemm basket ieħor minn Camilleri u trippla ta’ Williams. Athleta komplew jitħabtu biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabbli tant li rnexxielhom jagħqqdu break ta’ 15-4 b’punti minn Williams, Camilleri u Francesca Sant. Fl-aħħar żewġ minuti, Depiro għamlu run finali ta’ 7-2 biex rebħu l-partita 67-47.
Betsson Depiro: Ni. Agius 12, J. Borg Xerri 6, J. Magri 2, L. Sciberras 2, No. Agius, C. Ciantar 15, J. Borg 9, M. Micallef 4, N. Borg, K. Galea 17, J. Borg Cardona, J. Crooms 28.
Athleta: K. Williams 23, B. Agius 2, M. Ferrante, N. Vella 5, M. Cassar Pickard, F. Sant 6, J. Cipriott, Ke. Abela, C. Caruana 2, K. Abela, L. Camilleri 9, L. Mercieca
Referees: Nicky Azzopardi, Nelson Da Silva, Andre Attard
//= $special ?>