Sorsi ta’ min jorbot fuqhom żvelaw ma’ Net News illi l-ħaddiema tal-Istamperija tal-Gvern spiċċaw imbeżża’ dwar il-ftehim il-ġdid li kellu jiġi iffirmat illum. Dan hekk kif jidher li f’dan il-ftehim ġie inkluż Memorandum of Understanding (jew side agreement) illi ħadd ma rah.
L-aħħar agreement mal-impjegati tal-Istamperija tal-Gvern imur lura għall-1995. U ħafna ma setgħux jifhmu għaliex kien hemm din l-għaġla kollha biex il-ftehim – wara tant snin – kellu jiġi iffirmat malajr qabel il-vaganzi tal-Milied.
Jidher li d-Direttur tal-Istamperija tal-Gvern huwa wieħed mill-ftit illi jaf x’fih l-MoU li hemm marbut ma’ dan il-fethim.
L-iffirmar kellu jsir illum bejn il-Gvern u l-GWU.
//= $special ?>