Presidenza ġdida,
L-iskandlu tal-Isptarijiet u
L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
Dawn kienu l-aktar avenimenti li ddominaw is-sena 2024, skont it-tleit mistiedna tal-programm Net Live, Michael Briguglio, Reno Bugeja u Ralph Puli, bl-eks Kap tal-Kamra tal-Aħabarijiet tal-PBS jgħid li r-riżultati ta’ dawn l-elezzjonijiet taw tbeżbiża lill-Gvern. Dan filwaqt li nnotta kif donnu ma nistgħux insibu soluzzjoni għall-problema tal-over population.
Reno Bugeja tkellem ukoll dwar il-ħsibijiet tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, dwar is-sejħa fir-riforma tas-sistema eletorali.
Is-Soċjologu Michael Briguglio minn naħa tiegħu qal li r-riżultat tal-elezzjonijiet ġabu feel good factor fil-Partit Nazzjonalista filwaqt illi spjega li meta tieħdet d-deċiżjoni li titkabbar l-ekonomija fi żmien Joseph Muscat ma sarx impact assesment tajjeb biżejjed u għalhekk qed naraw impatt fuq il-kwalita tal-ħajja tan-nies.
Waqt il-programm Net Live Ralph Puli qal li issa nies qed jirrejalizaw li l-investiment li suppost sar fi tliet sptarijiet …u li baqa’ ma sarx….qed iħalli impatt fuq il-kwalita tal-ħajja tan-nies. Saħaq ukoll li l-President Spiteri Debono hija persuna ta’ kuraġġ li tista’ tuża s-saħħa morali biex ċertu affarijiet tbidilhom verament.
//= $special ?>