Lokali Temp

It-temp kiesaħ, b’ħalbiet tax-xita għal Lejlet u Jum il-Milied

L-Uffiċċju Meteoroloġiku qiegħed ibassar temp kiesaħ u riħ qawwi għall-jiem li ġejjin.

Fil-fatt, riħ qawwi mill-Majjistral, li jilħaq Forza 6 għal 7, mistenni jikkaraterizza lġurnata ta’ għada, Lejliet il-Milied. Għada, l-ogħla temperatura mistennija tilħaq l-14°C u tinżel sa 8°C ma’ nżul ix-xemx. It-temperaturi jafu jinħassu iżjed kiesħa minħabba r-riħ qawwi mill-Majjistral.

Apparti minn hekk, it-temp mistenni jkun pjuttost imsaħħab, bil-possibbilità ta’ ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bis-silġ.

Temp simili huwa mistenni għal jum il-Milied, bir-riħ jibqa’ qawwi mill-Majjistral itTramuntana (Forza 6 għal 7), għalkemm sa filgħaxija mistenni jnaqqas mill-qawwa hekk kif idur mill-Grieg it-Tramunatana (Forza 3 għal 4). L-ogħla temperatura mistennija li terġa’ titla’ sa 14°C u tinżel għal 7°C mal-lejl. Matul il-jum huma mbassra wkoll xi ħalbiet tax-xita, bit-temp jibqa’ l-biċċa kbira msaħħab.

Għal dawk li l-għada tal-Milied mhux se jkunu xogħol u qed jippjanaw li jqattgħu l-ġurnata tal-Istrina barra, it-temp mistenni jkun favurihom. Ir-riħ se jbatti sew u qed nistennew temp ftit imsaħħab b’temperatura ta’ 15°C matul il-ġurnata u li tinżel sa 8°C mal-lejl.