Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono wasslet l-ewwel messaġġ tagħha għal żmien il-festi, hekk kif minn din is-sena daħlet f’dan l-irwol tant importanti – messaġġ li kien iffukat fuq il-ħtieġa tat-tama u l-kuraġġ.
Fil-messaġġ tagħha Spiteri Debono ħeġġet lill-poplu Malti sabiex jirrifletti u jħares lejn dak li għaddejna minnu bħala statt, filwaqt li fakkret l-anniversarji tant importanti li pajjiżna għadha minhom fl-2024 – is-60 sena Indipendenza, 50 sena Repubblika, u 20 sena mi-sebħ ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropeja. Ġrajjiet li sawruna u li kienu passi importanti li għamiluna l-poplu li aħna illum l-ġurnata.
Il-President tkellmet ukoll dwar l-irwol ta’ pajjiżna bħala stat li qiegħed fuq l-għatba ta’ żewġ gwerer; dik tal-Ukranja u tal-Lvant Nofsani.
Hi fakkret kif pajjiżna huwa mibni fuq il-pilastri tal-paċi, is-sigurta u l-prosperita u li bħala nazzjon għandna nippromwovu l-paċi.
In-nutar Spiteri Debono qalet illi qed tħares ‘l quddiem biex matul il-Presidenza tagħha …għall-ewwel darba f’iktar minn għaxar snin…. pajjiżna se jospita l-Konferenza Minesterjali għaż-żagħżagħ.
Myriam Spiteri Debono ma naqsitx milli titkellem fuq l-ambjent ta’ madwarna hekk kif huwa id-dover tagħna li nagħmlu l-ewwel passi sabiex nagħtu sehmna.
Hi insistiet li is-sostenibbilita hija importanti f’demokrazzija u b’hekk għanda nsawru proġġetti ħalli ta’ warajna igawdu il-frott ta’ dak li nagħmlu.
Issa …l-impenn ewlieni li jmiss għall-President Spiteri Debono huwa fis-26 ta’ Dicembru, il-ġurnata tal-Istrina – jum ta’ solidarjeta li fih il-pajjiż kollu jingħaqad għal skop nobbli.
//= $special ?>