Miet fl-Isptar Mater Dei ix-xufier tal-linja ta’ 37 sena li kien ġarrab feriti serji wara li kien involut fl-inċident tal-bieraħ qabel il-mini ta’ Paceville.
Il-Pulizija kkonfermat dan fi stqarrija.
Fl-inċident, ix-xarabank ħabtet ma’ vann li kien misjuq minn mara ta’ 39 sena.
Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta immexxija mill-Maġistrat Philip Galea Farrugia, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>