Stadio Artemio Franchi
Fiorentina 1 Udinese 2
Telfa xejn mistennija għal Fiorentina li b’hekk bqgħu fil-ħames post b’31 punt daqs Juventus. Għal kuntrarju, Udinese kisbu s-seba’ rebħa fil-Kampjonat u telgħu fid-9 post bi 23 punt.
Fit-tmien minuta kien hemm foul ta’ Kristensen fuq Sottil. Matteo Marcenaro kkonsulta l-VAR u saffar penalty għal Fiorentina b’MOISE KEAN jegħleb lil Razvan Sava għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.
Reazzjoni minn Udinese fil-bidu tat-tieni taqsima tant li fit-48 minuta kisbu l-gowl tad-draw. Azzjoni ta’ Jurgen Ekkelen Kamp lejn LORENZO LUCCA li għeleb lil David de Gea. Bi Fiorentina taħt pressjoni, fis-57 minuta Udinese rduppjaw. Pass ta’ Sandi Lovric lejn FLORIAN THAUVIN li għeleb lil de Gea.
Stadio Giuseppe Meazza
Inter 2 Como 0
Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed għal Inter biex kisbu tliet punti importanti kontra avversarju modest għall-aħħar. Inter telgħu fit-tielet post b’37 punt wieħed inqas minn Napoli u tlieta minn Atalanta. Como baqgħu fis-16-il post bi 15-il punt flimkien ma’ Parma u Verona.net
Wara tliet minuti tat-tieni taqsim,a minn azzjoni ta’ Hakan Calhanoglu kien CARLOS AUGUSTO li għeleb lil Pepe Reina. Vantaġġ minimu għal Inter fejn kien biss fit-tieni minuta ta’ ħin miżjud li rduppaw permezz ta’ MARCUS THURAM minn azzjoni ta’ Piotr Zielinski.
//= $special ?>