Internazzjonali

Ir-Re Charles b’messaġġ mill-Kappella ta’ Fitzrovia

Kienet sena ta’ sfidi kbar għall-familja Irjali. L-aktar fejn tidħol is-saħħa tal-Prinċipessa Kate u tar-Re innifsu.

U għalhekk, ma kienix sorpriża li r-Re Charles għażel personalment din il-kappella fil-qalba ta’ Londra bħala l-post li minnu jindirizza lin-nazzjon fil-jum tal-Milied – lill hinn mill-Palazz Irjali.

Din hija l-kappella ta’ Fitzrovia. U fiż-żmien, din il-kappella kienet tifforma parti mill-isptar ta’ Middlesex.

Ir-Re Charles ħaseb biex jirrekordja hawn il-messaġġ tiegħu tal-Milied, sabiex jorbtu mas-settur tas-saħħa, u l-professjonisti li jaħdmu fl-isptarijiet.

Tikkummenta ic-Chairperson tal-Bord of Trustees ta’ din il-kappella.

Ir-Re Charles qatta’ l-aħħar sena jieħu trattament għall-kanċer. U jidher li din il-kura se tissokta mal-bidu tas-sena l-ġdida.

Intant, il-messaġġ tar-Re se jixxandar f’Jum il-Milied fit-3pm.