Lokali

L-aħħar preparamenti għall-prietka tal-Milied

Dan huwa Jan. Tifel ta’ 8 snin illi din is-sena huwa wieħed minn bosta li se jkunu qed iwasslu l-Prietka tal-Milied f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Fil-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun dan it-tifel ċkejken se jkun qiegħed iwassal il-prietka tradizzjonali fil-lejl li fih infakkru t-twelid ta’ Ġesu’ Bambin.

F’kummenti ma’ Net News Jan Steven Caruana tkellem dwar dak li qiegħed iħoss qabel il-jum solenni tal-Milied. Dan filwaqt illi qalilna li jinsab eċitat sabiex iwassal il-prietka – għalkemm ilu jipprepara għal dan il-lejl tant speċjali, sabiex kollox imur sew.

Il-prietka mhux biss hija l-preludju għall-Quddiesa ta’ Nofsilejl iżda hija waħda mill-eqdem tradizzjonijiet li ssir waqt il-festi tal-Milied; tradizzjoni li tmur lura għas-seklu 19, fejn waqt il-quddiesa jitħabbar it-twelid ta’ Ġesù Bambin fi stalla f’Betleħem…ġrajja li seħħet aktar minn elfejn sena ilu.